Lokali

Irridu ġustizzja – Repubblika

L-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, akkużat mill-Avukat Ġenerali ta’ Malta b’korruzzjoni, frodi u ħasil ta’ flus, qal li se jfittex lil Repubblika għall-ispiża biex inġabru l-provi li se jintużaw kontrih.

F’isem il-Maltin kollha li ċċaħħdu minn servizz tas-saħħa ta’ kwalità proporzjonata għal dak li nefqu fiha fit-taxxi, Repubblika se tuża l-mezzi kollha li ttiha l-liġi biex tassigura li ssir ġustizzja. Muscat tajjeb jiftakar li l-kuntratt, li sar meta huwa kien Prim Ministru, ġie annullat mill-Qorti għax kien kuntratt “frawdolenti”.

Issa Joseph Muscat, megħjun minn Robert Abela, għaddej b’kampanja ta’ intimidazzjoni.

Dan mhu ġdid xejn.

Niftakru fil-kampanja kontra Daphne Caruana Galizia li kixfitlu għawwaru, anke fil-każ tal-iskandlu tal-isptarijiet. Nafu kif spiċċat Daphne.

Bi kliemu qed ipoġġi fil-periklu lill-maġistrat li indagat l-allegazzjonijiet dwaru u qed jintimida bil-quddiem lill-maġistrati u ‘l-imħallfin li għad iridu jisimgħu l-provi kontrih.

Issa qed jara kif jintimida wkoll lilna, għax ħatja li insistejna li l-istituzzjonijiet jagħmlu xogħolhom u jaġixxu kontra kull min jikser il-liġi.

Ninnutaw ukoll li Joseph Muscat mhux qed jikkritika lill-Avukat Ġenerali, l-unika uffiċjal tal-istat Malti li weħidha u mingħajr ma ndaħlilha ħadd, ħadet id-deċiżjoni li tħarrku l-Qorti.

Dwar it-theddid lil Repubblika ngħidulu: meta nstmatna fid-dell tan-nar li ħaraq lil Daphne Caruana Galizia, ħlifna li ebda mafja ma kienet se tbeżżagħna.