Lokali

Malta kollha wara Sarah Bonnici

Sarah Bonnici, bil-kanzunetta ‘LOOP’, se tkun qed tiftaħ it-tieni semifinali tal-Eurovision, li qed issir fil-Malmo Arena, fl-Iżvezja.

16-il pajjiż se jkunu qed jikkompetu. Però, 10 kanzunetti biss jistgħu jgħaddu għall-finali ta’ nhar is-Sibt, f’kompetizzjoni iebsa. Dan hekk kif jidher li ħafna mill-favoriti se jkunu f’din is-semifinali.

Fost il-favoriti hemm Nemo f’isem l-Izvizzera bid-diska The Code, Kaleen mill-Awstrija bil-kanzunetta We Will Rave ispirata mid-diski tas-snin 90, kif ukoll  EuroPapa kantanta minn Joost Klein tal-Olanda.

L-artisti li jirrappreżentaw lill-Italja, Spanja u Franza  wkoll se jkunu qed jagħtu l-prestazzjoni tagħhom minkejja li huma jiffurmaw parti mill-Big Five – u għalhekk jikkwalifikaw awtomatikament.

Illejla l-10 kanzunetti se jkunu magħżula kompletament permezz tat-televoting.