Lokali

Malta ma tgħaddix għall-finali tal-Eurovision

L-avventura tal-kantanta Maltija Sarah Bonnici fil-Eurovision Song Contest 2024, waqfet hawn wara li llejla ma rnexxilhiex tikseb post għal Malta fil-finali tas-Sibt li ġej.

Minkejja prestazzjoni mill-aqwa mill-kantanta Sarah Bonnici, il-kanzunetta Maltija ‘Loop’ ma kinitx waħda mill-għaxar finalisti li għaddew mis-serata tal-lejla.

Il-pajjiżi li għaddew għall-finali mis-serata tal-lejla huma dawn: 

1. Latvja bil-kanzunetta ‘Hollow’

2. L-Awstrija bil-kanzunetta ‘We will Rave’

3. L-Olanda bil-kazunetta ‘Europapa’

4. In-Norveġja bil-kanzunetta ‘Gâte’

5. Izrael bil-kanzunetta ‘Hurricane’

6. Il-Greċja bil-kanzunetta ‘Zari’

7. L-Estonja bil-kanzunetta ‘Nendest’

8. L-Iżvizzera bil-kanzunetta ‘The Code’

9. Ġorġja bil-kanzunetta Firefighter’

10. L-Armenja bil-kanzunetta ‘Jako ’