Lokali

Muscat jgħid li wara d-deċiżjoni dwar il-Vitals, il-Gvern “kellu jibqa’ jiddefendi d-deal”

Joseph Muscat ma jaqbilx maż-żewġ sentenzi tal-Qorti li taw lura t-tlett sptarijiet lill-Maltin u l-Għawdxin u qed jibqa’ jinsisti li Vitals u Steward ma frodawx lill-poplu.

Sostna dan f’intervista fuq FLiving,fejn saħansitra ħareġ il-kanuni fil-konfront tal-Gvern ta’ Abela hekk kif saħaq li kellu jibqa’ jiddefendi dan id-deal dikjarat mill-Qorti bħala frawdolenti fi tlett stadji u li sar b’kollużjoni bejn Steward u persuni fost il-Gvern Laburista, għal darba darbtejn.

Muscat kompla bl-attakki fuq il-Maġistrat Gabriella Vella minkejja l-appelli ta’ diversi akkademiċi,NGOs u saħansitra l-President ta’ Malta…bl-eks Mexxej tal-Labour jisħaq li filwaqt li jirrispetta l-opinjoni ta’ Myriam Spiteri Debono ma jfissirx li m’għandux jgħid x’jaħseb….tant li ta x’jifhem li l-inkjesta hija ħadma.

L-eks Prim Ministru ssokta bin-narrattiva li huwa vittma ta’ vendetta politika u żżuffjetta bl-akkużi li qed iħabbat wiċċu magħhom…tant li qabbel lilu nnifsu mal-Kap tal-Mafja ta’ Corleone…Totò Riina.

Filwaqt li naqas milli jgħid kelma ta’ ġid għal sħabu eks Chief of Staff tiegħu Keith Schembri u eks Deputat Mexxej Konrad Mizzi…hekk kif insista li hu qed jitkellem għalih b’mod deskritt bħala ironiku għall-aħħar ħareġ għonqu għal eks Ministru u issa Gvernatur tal-Bank Ċentrali Edward Scicluna hekk kif iddeskrivih bħala onest.

Listess Scicluna li fuq il-pedana tax-xhieda fil-Qorti kien sostna li Joseph Muscat kellu Kitchen Cabinet u li l-garanzija tal- €100 miljun fid-deal tal-isptarijijet inħadmet minn wara dahru.

Hekk ukoll għal Fearne li ma’ Net News naqas milli jikkumenta dwaru…

Imma waqt l-intervista sostna li l-eks Minsitru tas-Saħħa qed iġarrab daqqa żleali.

F’diskorsu Joseph Muscat tenna illi huwa ma jibżax mill-ħabs u li hu lest lj jiskonta sentenza ta’ għomor… filwaqt li instiga li s-segwaċi tiegħu għandhom dritt jinżlu jipprotestaw.

Intant, l-eks mexxej Laburista infexx f’theddida għal min hu wara din l-inkjesta.

U filwaqt li b’mod mill-aktar surreali Muscat sostna li m’hawnx problema kbira ta’ mediċini out of stock…

L-istess Joseph Muscat saħaq li ma jaqbilx li l-Vitals u Steward frodaw liċ-ċittadin Malti għalkemm ammetta li kien hemm nuqqasijiet kbar kemm minn naħa tal-Amerikani, kif ukoll mill-Gvern tiegħu u ta’ Abela….flimkien ukoll ma dawk fis-settur tas-saħħa.

U filwaqt li sostna li l-barranin ħallew ir-riżultat bl-iskola medika barts kellu finalment jammetti li ma wettqu ebda investiment li minnu bbenefikaw il-pazjenti Maltin.

U anke fl-ammissjoni tiegħu, ironikament bħal Vitals u Steward, nesa għal kollox l-Isptar San Luqa