Kultura Lokali Mużika

Ritmu Roots Festival 2024: Ċelebrazzjoni tat-Tradizzjonijiet Mużikali

Ritmu Roots Festival jirritorna din is-sena b’ċelebrazzjoni indimentikabbli ta’ mużika, kultura, u komunità. Il-festival se jsir f’firxa ta’ postijiet, fosthom fiż-Żejtun, il-Belt u l-Ġonna tal-Argotti fil-Floriana, mis-17 sal-25 ta’ Mejju.

B’varjetà ta’ artisti internazzjonali u lokali, workshops u esperjenzi kulturali immersivi, Ritmu Roots Festival qed joħloq esperjenza intima b’artisti Maltin u barranin. Filwaqt li jħaddan katalgu rikk ta’ ħsejjes globali, Ritmu Roots Festival juri firxa varjata ta’ ġeneri mużikali; minn żfin tradizzjonali Sqalli u esperimentazzjonijiet elettroniċi ta’ mużika Estonjana, sa għana tradizzjonali Maltija. Xi mużiċisti ewlenin li
ser ikunu f’dan il-festival fl-Argotti huma l-artisti DUO RUUT, I Casentuli, Loccisano & De Carolis u għana mmexxija mill-missier u l-iben George u Karol Aquilina ‘Ta’ Nofsillejl’.

Lil hinn mill-mużika, Ritmu Roots Festival joffri esperjenza kulturali ħolistika li tinkludi workshops interattivi, installazzjonijiet tal-arti, esperjenzi kulinari tradizzjonali u aktar. Dawk li jattendu jistgħu jesperjenzaw l-ispirtu vibranti ta’ Malta, billi jesploraw l-istorja, it-tradizzjonijiet, u l-arti kontemporanja permezz ta’ Il-Qagħda tal-Mument, installazzjoni awdjoviżiva li ser tkun f’The Splendid għal ġimgħa biss ikkurata minn Sarah Chircop bil-materjal tal-għannej rinomat Frans Baldacchino ‘Il-Budaj’.

Il-biljetti għal Ritmu Roots Festival 2024 huma disponibbli fuq is-sit elettroniku uffiċjali tal-festival www.ritmu.mt. Din is-sena, il-festival qed joffri wkoll lill-gruppi t’ergħa, rata skontata. Din l-offerta se tkun disponibbli għal żmien limitat fuq www.ticketline.mt.

Għal aktar informazzjoni, inkluż il-programm sħiħ, l-iskeda tal-avvenimenti, u dettalji dwar il-biljetti, żuru www.ritmu.mt. Biex tkomplu taġġornaw ruħkom fuq l-attivitajiet ta’ Ritmu Roots Festival, żuru l-mezzi soċjali tal-festival.

Ritratt: Elisa Von Brockdorff