Lokali

Robert Abela għandu jieqaf immedjatament jattakka lill-ġudikatura – PN

“Jekk Robert Abela verament jemmen li l-proċess ġudizzjarju għandu jitħalla jaħdem b’serenità, għandu jieqaf immedjatament jattakka lill-ġudikatura u jirrispetta x-xogħol tagħha.”

Kien dan li ntqal fi stqarrija tal-Partit Nazzjonalista b’rabta ma’ intervista li Abela ta fejn qal li “l-proċess ġudizzjarju għandu jitħalla jaħdem b’serenità u kkritika lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech” għaliex qal li ried “jiddiskuti u jiddeċiedi dwar l-inkjesta Vitals fil-Parlament.”