Sport Sport Ieħor

Snooker: Tony Drago jgħaddi għall-kwarti finali tal-Kampjonat tad-Dinja tas-Seniors

Tony Drago għadda għall-kwarti tal-finali tal-Kampjonati tad-Dinja Seniors tas-snooker meta fi Crucible, għeleb l-isfida ta’ Michael Judge. Partecipazzjoni oħra pożittiva minn Tony Drago fejn sena ilu fl-istess kampjonat rnexxielu jasal sal-istadju tas-semifinali fejn kien tilef kontra l-eventwali rebbieħ Jimmy White. Ftuħ mill-aqwa minn Drago f’vantaġġ ta’ żewġ frames kontra l-Irlandiż Michael Judge.

Drago kellu l-opportunità li jgħalaq il-partita fit-tielet frame iżda naqas li jagħmel il-ħadra finali hekk kif Judge kompla jikklerja l-mejda u jnaqqas id-distakk għal 2-1. Fir-raba’ frame, Drago fetaħ vantaġġ ta’ 40 punt iżda ma setax jagħlaq il-partita. Judge kellu ċ-ċans li jmur 2 – 2 iżda falla l-blu.

Minn hemm ‘il quddiem, Drago reġa’ ħa l-kontroll tal-partita biex għalaq bi 3 – 1. Drago se jerġa’ jkun fl-azzjoni fil-kwarti tal-finali meta jiltaqa’ kontra Stuart Watson li għeleb lil Tony Knowles 3-0.