Lokali Saħħa

SPTAR FI KRIŻI: Il-Gvern tilef kull kontroll, b’detriment għall-pazjenti

“Qattajna 12-il siegħa nistennew fl-emerġenza”.

Dan huwa biss wieħed minn diversi kummenti li dehru fuq il-media soċjali fl-aħħar sigħat hekk kif jum wara l-ieħor tkompli tiżdied il-pressjoni fuq il-professjonisti li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Emerġenza – ħaddiema li qed jagħmlu mirakli kbar iżda li mhux ilaħħqu mal-load li hemm fuq l-isptar, kaġun tal-isplużjoni fil-popolazzjoni.

Aktar ritratti li waslu għand Net News juru l-istat li tinsab fih il-waiting area tal-Emerġenza.

“L-aqwa żmien. Is-saħħa lill-Maltin”, kien hemm min kiteb b’mod ironiku.