Wara jiem ta’ tkaxkir tas-saqajn, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne irriżenja mill-kariga Ministerjali tiegħu.
Ftit tal-jiem ilu, Robert Abela kien qal bla tlaqliq li mhux se jaċċetta riżenji ta’ membri tal-Kabinett jekk ma jemminx li vera naqsu. Tant li ftit tal-ħin ilu, Abela talab lil Fearne jirrikunsidra din id-deċiżjoni. Imbgħad, aktar tard – ftit wara l-5pm – Fearne insista li se jżomm mad-deċiżjoni tar-riżenja.
Fl-ittra tar-riżenja, Chris Fearne qal li jrid li tiġi irtirata n-nomina tiegħu f’isem Malta għall-Kummissjoni Ewropea.
Fearne qed jgħid li se jaħdem biex ismu jitnaddaf.
“Intenni l-fiduċja sħiħa tiegħi fik”, stqarr Robert Abela f’ittra ta’ tweġiba mibgħuta lil Chris Fearne.
Minkejja dan, Fearne xorta baqa’ jisfida lil Abela – u baqa’ stinat iżomm mar-riżenja.
//= $special ?>