Għawdex Lokali

“Il-kandidati tal-PN lesti li jaħdmu sabiex il-poplu jkollu lokalitajiet aħjar” – David Agius

Ritratt: Martin Agius

“Il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista lesti li jaħdmu qatigħ sabiex il-poplu jkollu lokalitajiet aħjar.”

Sostna dan il-Kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew David Agius waqt attività politika li saret il-Ġimgħa filgħaxija fiż-Żebbuġ Għawdex bit-tema ‘Għalik’.

David Agius qal li pajjiżna għaddej minn żmien inkwetanti ħafna b’mod partikolari li Robert Abela jidher li jrid jibqa’ għaddej business as usual minkejja r-riżenja ta’ Chris Fearne – Deputat Prim Ministru li qed jaffaċċja akkużi ta’ frodi.

Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista għandu kandidati li lesti li jaħdmu qatigħ sabiex il-poplu Malti u Għawdxi jkollu lokalitajiet aħjar kif ukoll ikollu rappreżentanti xierqa fl-Ewropa.

David Agius fakkar ukoll fis-sentenza tal-Qorti b’rabta mad-deal frawdolenti li sar bejn il-Gvern u Vitals u Steward f’kawża fejn matulha ħareġ li kien hemm kollużjoni. Huwa spjega li f’dan id-deal ma’ sar l-ebda investiment fis-settur tas-saħħa fosthom l-isptar ġdid li kellu jinbena f’Għawdex.