Il-kredibiltà ta’ pajjiżna qiegħda fil-periklu u l-kredibiltà tal-instituzzjonijiet ta’ pajjiżna għandha tkun ta’ importanza kbira għalhekk jeħtieġ governanza tajba.
Hekk sostniet il-Malta Union of Bank Employess fi stqarrija, fejn komplew jispjegaw kif nuqqas ta’ governanza tajba se jkollha impatt negattiv fuq il-kredibiltà u l-istabiltà ta’ pajjiżna, dan hekk kif l-isem ta’ pajjiżna għadu kemm irkupra mid-daqqa ta’ ħarta li ħa meta spiċċa ‘Grey listed’.
Fl-istqarrija l-MUBE, talbu bl-iktar mod ċar biex il-Gvern jieqaf jintervjeni fil-Qrati u fil-ġudikatura, u talbu għal prudenza u l-attenzjoni f’dawn iċ-ċirkustanzi.
Intant, l-MUBE temmet tgħid li huwa dover ta’ kulħadd li jagħmel li jista’ biex il-proċċess tal-Qorti ma jkunx imfixkel.
//= $special ?>