Għawdex Lokali

“Il-PN qed joffri s-soluzzjonijiet għall-poplu Malti u Għawdxi” – Alex Borg

Ritratt: Martin Agius

“Il-poplu Malti u Għawdxi jrid viżjoni għall-pajjiżna u l-Partit Nazzjonalista qed joffri s-soluzzjonijiet sabiex il-poplu jkollu kwalità ta’ ħajja aħjar.”

Hekk stqarr ix-Shadow Minister Alex Borg waqt attività politika li saret il-Ġimgħa filgħaxija, iż-Żebbuġ, Għawdex.

Tkellem ma ħafna żgħażagħ li tilfu l-fiduċja fil-pajjiż kaġun tan-nuqqas ta’ opportunitajiet kif ukoll kaġun ta’ nuqqas ta xogħol. Iżda, hawnhekk, Alex Borg saħaq biex iż-żgħażagħ ikompli jkunu l-bidla li dan il-pajjiż għandu bżonn.

Alex Borg irrefera għal dak li ġara illum filwaqt li qal li fix-xhur li ġejjin se nkomplu naraw il-bżonn ta’ Gvern alternattiv. Dan għaliex darba wara l-oħra qed inkomplu naraw li l-poplu mhuwiex prijoritàb għal Robert Abela.

Alex Borg sostna li Għawdex intesa mill-Gvern ta’ Robert Abela u baqa’ mingħajr sptar ġdid dan apparti li numru ta’ toroq li kellu jsiru snin ilu baqgħu ma sarux. Dan filwaqt li saħaq li hemm bżonn titjib fil-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer.

Il-poplu Malti u Għawdxi jrid garanzija li jkollu sptarijiet li jaħdmu u ma jkunx hemm dewmien sabiex wieħed jinqeda. Dan apparti li l-poplu jrid infrastruttura aktar b’saħħitha fejn ma jkunx hemm traffiku f’kull ħin tal-ġurnata.