Lokali

L-istudenti universitarji jinsistu li Edward Scicluna għandu jġorr responsabbiltà

Fi stqarrija iebsa maħruġa fuq il-midja soċjali tal-Kunsill Studenti Universitarji b’appoġġ ta’ numru ta’ għaqdiet studenteski, insistew li l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Edward Scicluna kif ukoll dawk kollha involuti għadhom iġorru responsabbiltà wara l-akkużi li ġew ippreżentati fil-konfront tagħhom.

L-istudenti appellaw ukoll sabiex tittieħed azzjoni immedjata sabiex ikun assigurat trasparenza assoluta, kif ukoll ġustizzja u li tinġarr responsabbiltà.

Apparti minn hekk, fl-istqarrija l-istudenti saħqu fuq l-importanza li l-Inkjesta Vitals tiġi ppubblikata fit-totalità tagħha dan għaliex il-poplu ħaqqu jkun jaf il-verità kollha dwar dan id-deal frawdolenti. Dan filwaqt li għal darb’oħra l-istudenti kkundannaw l-attakki ta’ Robert Abela fuq il-ġudikatura u ddeskrivew l-aġir tiegħu bħala wieħed perikoluż u irresponsabbli.