Li Muscat daħħal xi €30 miljun hija redikolaġġni.
Hekk stqarr il-propagandista Laburista Manuel Cuschieri, f’xandira oħra li fiha baqa’ jiddefendi b’saħħa lill-ħabib tiegħu Joseph Muscat.
Cuschieri baqa’ jattakka l-Qrati u l-ġudikatura. “Kif nistgħu nieħdu l-ġustizzja bis-serjetà”, qal Cuschieri. “Kif jista’ jkollna fiduċja fis-sistema ġudizjarja? Waslna fi stat tal-mistħija”.
Hu qal ukoll biex nistennew x’se jiġri ladarba Joseph Muscat ikun lura fix-xena. Dan filwaqt illi qal li bħalissa għandna “sitwazzjoni perikoluża” f’pajjiżna.
“L-akkużi kontra Muscat huma tad-daħk, u konferma li qed issir vendetta politika”, stqarr Manuel Cuschieri. Filwaqt illi qal li l-esperjenza tal-Qorti hija trawma.
//= $special ?>

