Edukazzjoni Lokali

L-MUT b’direttivi fl-MCAST u fl-ITS minn nhar it-Tnejn li ġej

L-MUT ħabbret numru ta’ direttivi fl-MCAST u fl-ITS li se jidħlu fis-seħħ minn nhar it-Tnejn li ġej.

Dan ħareġ fi stqarrija mill-organizzazzjoni stess il-Ġimgħa filgħodu, hekk kif ma ntlaħaq l-ebda qbil fil-ftehim settorjali.

Id-direttivi jinkludu li ma jingħatawx marki, li ma jwieġbu l-ebda telefonata kif ukoll li ma jipparteċipawx f’open day.

Intant, l-MUT ilha għal diversi xhur tikkomunika mal-Gvern ta’ Robert Abela sabiex jintlaħaq qbil f’dan il-ftehim iżda issa għandna konferma oħra li Robert Abela qed ikompli jxxaħħaħ mal-edukaturi.