Lokali

“Malta jixirqilha ferm aħjar” – Roberta Metsola

Roberta Metsola, waqt kollegament dirett li għamlet ftit tal-ħin ilu, sostniet li dan hu żmien u perjodu iswed għal pajjiżna għaliex issa nafu min veru ħadem kontra Malta.

Filwaqt li fakkret li bħala poplu l-poplu Malti huwa poplu tal-azzar u ser iqum kontra Prim Ministru mfixkel għall-aħħar, kif ukoll Gvern qed jergħeq minħabba akkuzi kriminali serji li esponenti passati u preżenti tal-Labour qed jaffaċjaw.

Sostniet li r-reputazzjoni ta’ pajjiżna għal darb’oħra tinstgħab meddha, minħabba nies bħal Robert Abela li jimpurthom aktar mill-poter milli mill-interess tal-pajjiż.

Roberta Metsola kompliet tgħid li din il-kwistjoni tmur lil hinn mill-element partiġjan anzi kwistjoni bħal din għandha taqqadna iktar bħala poplu wieħed kontra l-qerq ta’ dan il-Gvern.

Qalet ukol li l-irwol huwa ferm iktar importanti mill-persuna, għaliex nies b’karigi pubbliċi qiegħdin hemm biex iservu l-poplu u mhux lilhom infushom.

Għalekk għamlet appell biex dawk kollha ta’ rieda tajba fit-8 ta’ Ġunju li ġej jivvuntaw l-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista biex bħala poplu wieħed ngħidu lil Abela u lil sħabu li l-poplu Malti jrid l-istabbiltà u mhux pajjiż immexxi minn Gvern li lest iqarraq b’niesu stess u juża kampanji ta’ gideb u qerq sfaċċat biex inessi l-ħażen li għamel.

Roberta metsola għalqet billi sostniet li għalekk hemm bzonn insaħħu r-rappreżentanza tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew għaliex f’dawn l-aħħar snin, il-Partit Nazzjonalista u l-membri tiegħu fl-Ewropa servew b’dinjità u unur.