Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku f’Birkirkara

Il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Sir Anthony Mamo, Birkirkara, aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-7:20am.

Ir-raġel ta’ 37 mill-Pakistan u residenti Tas-Sliema, intlaqat minn Hyundai Tuscon, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 58 sena residenti n-Naxxar.


Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi serji.


Il-Maġistrat Joseph Mifsud ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.