Lokali

“Sitwazzjoni ta’ swied il-qalb” – Kurt Sansone

Din hija sitwazzjoni ta’ swied il-qalb u sitwazzjoni kerha.

Hekk saħaq il-ġurnalist Kurt Sansone, fejn spjega kif din hija sitwazzjoni kerha għax dawk eletti suppost qed imexxu l-pajjiż sew u jagħmlu minn kollox biex proprju dak li qed jiġri pajjiżna, ma jiġri qatt.

Is-Segretarju tal-IĠM kompla jsostni li l-ġustizzja jeħtieg li ssir.

Sansone staqsa għalfejn ftit ta’ snin ilu kellna sitwazzjoni ta’ money laundering, u l-Pulizija għażlu li jinvestigaw lil dawn il-persuni li ġew akkużati, però f’dan il-każ wara li ġiet konkluża l-Inkjesta Vitals, il-Pulzija aġixxew b’mod differenti, u għalhekk kompla jgħid Kurt Sansone, nistenna li l-Pulzija toħroġ tispjega għalfejn għażlu din l-istrateġija.

Il-ġurnalista Kurt Sansone spjega għalfejn l-IĠM ħarġu stqarrija fejn fiha kkundanaw id-diskors ta’ Robert Abela fil-konfront tal-ġurnalisti, fejn tenna li mhux aċċettabli li f’konferenza stampa l-Prim Ministru flok iwieġeb il-mistoqsijiet idawwar il-kanuni tiegħu fuq il-ġurnalisti u jipprova jimminahom.

Jien ninkwieta, stqarr Sansone meta l-Prim Ministru jkun iktar moħħu biex Kastilja sservi bħala l-uffiċċju ta’ Joseph Muscat, milli tkun ta’ servizz lejn il-poplu, waqt li temm jgħid li jippretendi li l-Prim Ministru jħalli l-istituzzjonijiet jaħdmu fis-serenità.