Internazzjonali

Spanja: Tidħol fis-seħħ il-liġi dwar il-limitazzjoni tal-‘parties’ f’postijiet bħal Magaluf u Ibiza

L-Awtoritajiet fil-Gżejjer Baleariċi żiedu l-kontrolli kontra x-xorb tal-alkoħol fit-toroq filwaqt li anki qed jillimitaw il-‘party boats’ popolari ħafna mat-turisti żgħażagħ.

L-iskop hu li jonqsu ‘l-eċċessi tan-nies dovuti għall-effett tal-alkoħol’ qalb iz-zoni turistiċi u li qed inaffru n-nies li jippreferu ħajja aktar kwieta.

It-tisħiħ ta’ liġi li għaddiet fl-2020 għandha tapplika għaz-zoni popolari għall-parties bħal  Playa de Palma u Magaluf,  f’Majorka flimkien ma’ Sant Antoni f’Ibiza. Intant, kulmin jinqabad qed jixrob l-alkoħol ‘il hinn miz-zoni awtorizzati għandhom, ‘il quddiem, jeħlu l-multi kbar — minn  €500 sa 1,500.

Il-liġi ġdida, fil-fatt, se tidħol fis-seħħ minn għada s-Sibt u meta l-ammont tas-sanzjonijiet li jkunu suġġetti għalihom il-barranin fil-Gżejjer Baleariċi għandhom ikunu kalkulati u sottomessi lill-ambaxxati tal-pajjiżi rispettivi…Dan kollu bħala parti minn impenn determinat biex tonqos kemm tista’ l-imġieba anti-soċjali fl-inħawi.