L-aħħar tislima lill-preżentatriċi tar-radju u t-televiżjoni Monica Attard ingħatat fil-Knisja tan-Nazzarenu f’Tas-Sliema, kmieni dalgħodu.
Għall-funeral kienu preżenti t-tfal ta’ Monica, qraba u ħbieb, kif ukoll eks kollegi tagħha li għal snin twal ħadmu magħha anke fit-teatru.
Preżenti wkoll il-Kap tal-PN Bernard Grech u numru ta’ deputati u kandidati.
Monica kienet minn Tas-Sliema, u kienet se tagħlaq 75 sena fl-1 ta’ Ġunju li ġej.
Isimha jibqa’ sinonimu mar-radju u mat-teatru. Il-ħidma tagħha fix-xandir bdiet fl-1975, meta kienet ittella’ programmi fuq ir-Redifussion.
Hi ħadmet mill-bidu ta’ Radio 101 u NET Television għall-snin sħaħ bi programmi diversi u informattivi. Monica ħadmet ukoll f’diversi drama li xxandru fuq NET Television, fost l-oħrajn f’Baħar Wieħed, kif ukoll fit-teatru.
//= $special ?>