Lokali

Appell biex il-proċeduri li se jibdew issa ma jkaxkrux fit-tul

Issa li ħarġu numru ta’ akużi kriminali qed nisħqu l-importanza li l-proċeduri fil-Qorti ma jiħdux fit-tul. Demwin biex issir ġustizzja hija fuq kollox nuqqas ta’ ġustizzja, hekk kif jiġu kastigati l-innoċenti u jiġu ppremjati l-kriminali.

Kien dan is-sentiment li l-Kamra tal-Kummerċ qasmet permezz ta’ stqarrija, fejn spjegaw kif meta jkun hemm dewmien biex issir ġustizzja, dan id-dewmien joħloq ċertu ansjeta fost il-pubbliku, kif ukoll ċertu instabilità fil-klima ekonomika.

Huwa wkoll essenzjali li f’kull ħin tiġi rrispetata s-saltna tad-dritt, sabiex tiġi salvagwardjata r-reputazzjoni ta’ pajjiżna, kompliet tgħid il-Kamra tal-Kummerċ, fejn mill-ġdid insistit li hemm bżonn ta’ distinzjoni bejn id-deċiżjonijiet politiċi u l-fuzjonijiet tal-eżekuttiv u l-amministrativ.

Dwar ir-riżenja ta’ Fearne, il-Kamra tal-Kummerċ qalet li din kienet deċiżjoni li turi etika u integrità, u li fuq kollox din uriet kif għandhom ikunu l-istandards tal-politikanti hekk kif dan l-aħħar daħlet l-użanza li jirriżenjaw nies mill-uffiċini tal-awtoritajiet waqt li l-politikanti jibqgħu għaddejjin qisu qatt ma ġara xejn.