Il-kampanja tal-Partit Nazzjonalista qalb in-nies għaddeja ġmiela – f’kull lokalità, minn Għawdex għal Malta. U s-Sibt filgħodu, kien imiss li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jintaqa’ mal-Qriema.
Akkumpanjat mid-deputati tad-distrett, kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-kunsilli Lokali, Bernard Grech kellu ċ-ċans li mhux biss jitkellem man-nies li kienu qed jixtru minn fuq il-monti, iżda anke mal-bejjiegħa infushom.
Waqt din iż-żjara, Bernard Grech sema’ t-tħassib tan-nies dwar ir-realtajiet li qed jaffaċċjaw il-familji Maltin u Għawdxin, u magħhom insista li l-Gvern għandu joffri soluzzjonijiet konkreti.
Il-poplu Malti u Għawdxi bhalissa jinsab inkwetat ukoll dwar il-kriżi li għandna fil-qalba tal-Gvern, bil-Kap tal-Partit Nazzjonalsita Bernard Grech ifakkar li l-Partit Nazzjonalista kien minn ta’ quddiem li iġġieled għall-poplu biex jinġiebu lura it-tliet sptarijiet .. u issa se jkompli bil-ġlieda għal ġustizzja sabiex jinġiebu l-flus lura li nsterqu; u x-xibka ta’ korruzzjoni u frodi tinqabad darba għal dejjem.
Għalhekk, Bernard Grech fakkar dwar l-importanza li fit-8 ta’ Ġunju kull indivdiwu joħroġ jivvota sabiex jassigura li l-lokalità tiegħu tkun immexxija minn kandidati li verament jixtiequ l-ġid tal-lokalità, u Membri Parlamentari Ewropej denji li jagħmlu ġid lill-pajjiż.
//= $special ?>