Futbol Sport

Celtic pass ‘il bogħod mir-rebħ tal-54 Kampjonat Skoċċiż

Huma għelbu lil Rangers 2-1 biex issa jridu punt mill-aħħar żewġ partiti

Celtic jinsabu pass ‘il bogħod milli jirbħu l-54 Kampjonat Skoċċiż wara r-rebħa ta’ 2-1 fuq Rangers, f’partita prattikament deċiżiva għall-eżitu tal-kampjonat. Celtic għelbu lil Rangers b’dawn tal-aħħar itemmu l-partita b’għaxar plejers. Kienu gowls minn Matt O’Riley u awto-gowl ta’ John Lundstorm li tefaw lil Celtic fil-vantaġġ b’Cyrial Dessers inaqqas l-iskor għal Rangers. Celtic issa jilagħbu l-aħħar żewġ partiti tagħhom kontra Kilmarnock u St Mirren u jridu punti biss biex jaċċertaw mit-tielet titlu konsekuttiv, fl-ewwel stagun mir-ritorn ta’ Brendan Rodgers fit-tmexxija tal-club minn Glasgow.