Lokali

Għaddasa barranija tilfet ħajjitha fid-Dwejra Għawdex

Mara ta’ 44 sena mill-Isvizzera, tilfet ħajjitha waqt li dalgħodu kienet qed togħdos fid-Dwejra, limiti ta’ San Lawrenz, Għawdex.

Kienu għall-ħabta tal-10:20 am meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fil-Bajja tad-Dwejra. Fil-post marru l-pulizija flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn sabu lill-bugħaddasa fuq l-art wara li ttellgħet minn xi nies li kienu magħha.

Minkejja l-assistenza medika li ngħatat, sfortunatament hija mietet ftit wara fil-post.

Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha, filwaqt li ġiet appuntata inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Simone Grech.