Illum fi Pjazza ta’ Ħal Għargħur qed isir avveniment bl-isem ta’ ‘Pjazza De Box Ħal Għargħur part 2′, fejn il-pubbiku se jkun jista’ jgawdi boxing professjonali u amatorjali bla ħlas.
Din l-attivita organizzata mis-Sindku ta’ Ħal Għargħur saret b’ħidma ma’ Ace Entertainment.

Is-Sindku Helen Gauci, spjegat kif hi impenjata li tkompli bl-isforzi tagħha biex, tippromwovi l-isport tal-boxing f’dan ir-raħal, wirt li jmur lura għal żmien il-maħbub Bertu Camilleri.
Flimkien ma’ Marc James u l-Malta Boxing Association, il-fighters impenjaw ruħhom sabiex juru t-talent tagħhom, filwaqt li jrawmu l-inklussività fil-komunità.
//= $special ?>