Il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista hija konferma li pajjiżna għandu gvern fi kriżi.
Robert Abela moħħu biss biex isalva hu, u ma jinteressah xejn mill-interess nazzjonali. Tant ma jinteressah xejn minn pajjiżna li llum Robert Abela ħabbar li se jħallih mingħajr Deputat Prim Ministru.
Għal Robert Abela l-ewwel jiġi hu u hu biss.
Robert Abela interessat biss li jaħbi l-fatt li għall-ewwel darba fl-istorja politika ta’ pajjiżna għandna gvern mifni b’akkużi ta’ frodi, ħasil ta’ flus, korruzzjoni, miżapproprjazzjoni u reati serji oħra.
Għall-ewwel darba eks Prim Ministru, eks Viċi Prim Ministru, eks Ministru, Gvernatur tal-Bank Ċentrali, Segretarju Permanenti, eks Segretarju Permanenti, eks Chief of Staff tal-Prim Ministru u diversi persuni oħra ser jitressqu l-Qorti b’akkużi serji li jġorru magħhom.
Robert Abela huwa Prim Ministru irresponsabbli li jaħseb biss fih innifsu.
//= $special ?>

