L-Għaqda Repubblika tikkundanna bil-qawwa l-intimidazzjoni fuq il-ġurnalisti u tappella lill-gvern biex jiżgura li l-attakki fuq il-ġurnalisti ma jkunx ittollerat.
Ir-Repubblika ilha tissorvelja r-retorika politika adottata mill-gvern, inkluż Robert Abela, fil-jiem li għaddew mill-konklużjonijiet tal-inkjesta maġisterjali dwar il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet. Abela u persuni konnessi miegħu adottaw attitudnijiet u mġieba intimidanti kontra l-midja, identifikaw ġurnalisti individwali, b’mod partikolari ġurnalisti nisa, u inċitaw id-disprezz pubbliku fir-rigward tagħhom.
Il-ġurnalisti m’għandhomx ikunu esposti għall-intimidazzjoni u s-suġġett ta’ disprezz pubbliku. Repubblika tinnota wkoll l-intimidazzjoni intenzjonata ta’ ġurnalisti nisa u ta’ nisa li jipparteċipaw fid-dibattitu pubbliku.
L-attakk kattiv fuq ġurnalistaminn Jason Micallef, Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, fi programm fuq RTK immexxi minn Andrew Azzopardi huwa assolutament inaċċettabbli.
Repubblika titlob li tittieħed azzjoni mingħajr aktar dewmien biex tiġi żgurata li l-privatezza tal-ġurnalisti tiġi rispettata, u li attakki vizzjużi bħal dawn kontra l-ġurnalisti ma jiġux ripetuti – F’demokrazija li tiffunzjona, il-ġurnalisti għandhom jitħallew iwettqu xogħolhom b’mod seren u mingħajr intimidazzjoni mill-gvern jew kwalunkwe sors ieħor.
//= $special ?>