Futbol Sport

Manchester City ikomplu jiddominaw u jersqu aktar viċin ir-rebħ tal-Premier League

Ritratt: EPA

It-tim immexxi minn Pep Guardiola jinsab żewġ partit ‘l bogħod milli jikteb l-istorja u jsir l-ewwel club Ingliż li rebaħ il-Premier League għar-raba’ staġun konsekuttiv. Dan wara rebħa dominanti ta’ 4-0 fuq Fulham fi Craven Cottage. Josip Gvardiol tefa’ lil Man City fil-vantaġġ fit-13-il minuta b’Phil Foden jirdoppjaw fid-59 minuta. Gowl ieħor min Gvardiol u penalty ta’ Julian Alvarez aċċertaw mir-rebħa ta’ 4-0.

F’partita oħra Tottenham dawwru telfa f’rebħa f’darhom kontra Burnley bl-iskor ta’ 2-1. Brunn Larsen poġġa’ lil Burnley fil-vantaġġ fil-25 minuta qabel Pedro Porro ġab id-draw fit-32 minuta. Il-gowl tar-rebħa għal Tottenham kien skorjat minn Micky van de Ven fit-82 minuta.

PREMIER LEAGUE

Illum: Fulham v Man City 0-4, B’Mouth v Brentford 1-2, Everton v Sheff Utd. 1-0, Newcastle v Brighton 1-1, Tottenham v Burnley 2-1, West Ham v Luton T. 3-1, Wolves v C’Palace 1-3, Nott. Forest v Chelsea 2-3
Għada: Man Utd v Arsenal 5.30pm
It-Tnejn: Aston Villa v Liverpool 9.00pm