Milan aċċertaw mit-tieni post fis-Serie A meta f’San Siro għelbu lil Cagliari bl-iskor kbir ta’ 5-1. Huma fetħu l-iskor fil-35 minuta minn Ismael Bennacer qabel Christian Pulisic irdoppjaw fid-59 minuta. Nahitan Nandez naqqas id-distakk għal Cagliari qabel Tijani Reijnders skorja it-tielet gowl l-74 minuta. Rafael Leao niżżel ismu fost l-iskorers fit-83 minuta bi Christian Pulisic jiskorja il-ħames gowl fis-87 minuta.
Bologna viċin li jaċċertaw minn post fil-UEFA Champions League b’rebħa ta’ 2-0 fuq Napoli. Il-gowls għal Bologna kienu skorjati minn Dan Ndoye u Stefan Posch fid- 9 u t-12-il minuta rispettivament.
SERIE A
Illum: Napoli v Bologna 0-2, Milan v Cagliari 5-1 Għada: Lazio v Empoli 12.30pm, Genoa v Sassuolo 3.00pm, Verona v Torino 3.00pm, Juventus v Salernitana 6.00pm, Atalanta v Roma 8.45pm It-Tnejn: Lecce v Udinese 6.30pm: Fiorentina v Monza 8.45pm
//= $special ?>