Il-leġġenda Malti tas-snooker, Tony Drago ammetta li għalih tfisser ħafna li wasal sas-semi-finali tal-World Seniors Snooker Championship b’mod speċjali meta ħares lura u ftakar li sa ftit xhur ilu kien qed jikkunsidra li jieħu ħajtu b’idejh.
Drago tkellem dwar dan b’mod dirett fuq it-televiżjoni meta kien qed jiġi intervistat minn Channel 5 wara li ġab riżultat sodisfaċenti f’din il-kompetizzjoni.
Il-leġġenda tas-snooker tkellem apertament dwar is-saħħa mentali tiegħu iżda llum il-ġurnata jinsab kuntent li wasal s’hawn. Tony Drago qal li huwa xorta waħda jibqa’ determinat li jkun aħjar u minkejja li rebaħ kontra Stuart Watson 3-1, jemmen li seta’ mar ħafna aħjar.
L-aqwa żmien ta’ Tony Drago kien lejn l-aħħar tas-snin disgħin fejn kien irnexxielu jasal sal-10 post fir-rankings mondjali tal-plejers tas-snooker.
//= $special ?>