Tkompli l-kritika mill-korpi kostitwiti għall-attakki kontinwi ta’ Robert Abela fuq il-ġudikatura; attakki li qed ikunu meqjusa ta’ ħsara kbira fuq l-istituzzjonijiet Maltin li qed jagħmlu xogħolhom.
Din id-darba ħarġu jikkritikaw il-UHM Voice of the Workers u l-MAM waqt programm speċjali fuq Net Television wara l-aħħar żviluppi b’rabta mal-Inkjesta Maġisterjali tal-Vitals.
Il-Kap Eżekuttiv tal-UHM Voice of the Workers, Josef Vella qal li Robert Abela ma jistax filli jgħid li għandna nħallu l-istituzzjonijiet jaħdmu u għax l-istituzzjonijiet jieħdu deċiżjoni kontra l-Gvern Laburista jgħażel li jattakkahom.
“[Abela] mhux biss mexxej ta’ partit imma Prim Ministru ta’ pajjiżna u allura ma jistax jattakka l-ġudikatura,” qal Vella.
Minn naħa tiegħu, il-President tal-MAM, Martin Balzan qal li issa għaddew is-snin u għadu ma jistax jifhem għalfejn il-Gvern Laburista għażel li jberbaq il-miljuni ta’ ewro fuq il-barranin.
“L-iktar ħaġa li ma nistax nifhem għalfejn dawn l-€400 miljun tahomlu,” qal Balzan.
//= $special ?>