Atalanta jinsabu viċin li jiksbu post fl-edizzjoni tal-UEFA Champions League b’rebħa ta’ 2-1 fuq Roma. Kien Cristian De Ketelaere li fetaħ l-iskor fit-18-il minuta, bl-istess plejer jirdoppjaw żewġ minuti wara. Roma naqqsu d-distakk fis-66 minuta b’penalty ta’ Lorenzo Pellegrini.
Draw ta’ 1-1 bejn Juventus u Salernitana. Salernitana fetħu l-iskor fis-27 minuta minn Niccolo Pierozzi, b’Juventus jiksbu d-draw fid-90 minuta minn gowl ta’ Adrien Rabiot.
Fi Stadio Olimpico Lazio kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq Empoli. Lazio marru fil-vantaġġ fl-aħħar minuti ta’ tmiem l-ewwel taqsima b’gowl ta’ Patric, b’Matias Vecino jirdoppja għal Lazio fid-89 minuta.
//= $special ?>