Fis-27 programm Sport Extra ta’ llum it-temi ewlenin huma il-Foiling 100 Challenge bejn San Pawl il-Baħar u Ragusa fuq medda ta’ 100 mil nawtiku meqjusa bħala l-itwal tellieqa wind foil fid-dinja li għandha ssir fit 18 ta’Majju. Mistiedna fil-programm tnejn mill-protagonisti. Il-veteran JEAN PAUL FLERI SOLER li fis-snin ’80 kien temm fl-ewwel post bejn Pozzallo u Malta u KARL MIGGIANI li dan l-aħħar rebaħ il-prova ġenerali li saret madwar Malta.
Fit-tieni parti tal-programm mistiedna l-għawwiema paralimpika MAYA THEUMA li fil-ġranet li għaddew ikkwalifikat biex tkun fil-kontinġent Mata għal ParaOlimpijadi ta’ Parigi 2024 . it-tieni mistieden fit-tieni parti tas-27 programm huwa l-President tal-ASA – KARL IZZO b’rabta mac-Champions League Final Four li se jintlgħab fil-Pixxina Nazzjonali fl-Tal-Qroqq bejn il 5 u 7 ta’ Ġunju fejn fl-azzjoni l-aqwa erba’ timijiet fi ħdan il-LEN
Sport Extra jixxandar illum fuq NetTelevision mill-5.15 ta’ waranofsinhar ‘l quddiem.
Sport Extra għandu preżentazzjoni u produzzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta tal-produzzjoni hija għal darb’oħra Samira Cachia Spiteri u filmati minn Bernie Dimech u Liam Briffa.
//= $special ?>