Chris Bonnet għażel li jibda d-diskors tiegħu billi jkompli jbeżża’ bil-forzi li jiffokaw biex ikkisru, u jkompli d-diskors tiegħu bir-retorika tal-establishment li hu ddefinixxa bħala dominju fuq il-qrati u l-Knisja.
Dwar Chris Fearne, il-Ministru Bonnet qal li se jkompli jiddefendih u li qatt mhu ser iħalluh waħdu. Bil-Ministru eventwalment ikollu jwaqqa, r-retorika tal-Prim Ministru u jgħid li din mhux kampanja normali u li qegħdin fi żminijiet li jnislu ċertu dubju.
Intant fl-attivitá politika fil-Qala, tkellem ukoll il-Prim Ministru Robert Abela li minkejja li għamel referenza għal Chris Fearne billi qal li għandu fiduċja fih, fl-ebda ħin ma ta serħan il-moħħ lill-poplu Malti u Għawdxi dwar min se jinħatar Deputat Prim Ministru.
Waqt id-diskors tiegħu l-Prim Ministru spiċċa jappella wkoll in-nies biex jibqgħu kalmi u kalmi, u ma jaqgħux għal provokazzjonijiet, dan meta ftit tal-jiem ilu kien il-kanvaser tal-Partit Laburista stess li ħeġġeġ lin-nies biex joħorġu jipprotestaw dakinhar li jressqu lil Joseph Muscat il-Qorti.
Diskors li kien indirizzat minn Ministru kif ukoll mill-Prim Ministru, bit-tnejn jinsistu li dan huwa Gvern li jwettaq mingħajr ma jagħmlu ebda referenza għall-isptar il-ġdid f’Għawdex li ilu snin jiġi mwiegħed.
Intant il-Prim Ministru spiċċa jammetti wkoll li meta jkun propost l-iżvilupp f’Għawdex, se jkollok min jgħidlek li jaf ikun hemm żvilupp bl-addoċċ.
U dan bir-raġun għax hekk fil-fatt ġara Malta.
//= $special ?>