Il-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew David Agius fetaħ id-diskors tiegħu bis-sitwazzjoni tal-biki li jinsabu l-isptarijiet ta’ Malta u Għawdex minħabba l-inkompetenza tal-Gvern Laburista. Huwa saħaq li huwa d-dmir tal-politiċi li jaħdmu b’impenn u mħabba onesta biex inaqqsu is-sofferenza tan-nies li qegħdin ibatu fl-isptarijiet.
Agius sostna li l-Partit Nazzjoanlista se jsib soluzzjonijiet kredibbli u jispjega b’mod pożittiv il-pjan tal-enerġija għall-pajjiż u soluzzjonijiet b’intelliġenza artifiċjali għat-traffiku. Huwa kompla jgħid kif kien il-Partit Nazzjonalista li ħadem għall-inkjesta ta’ Jean Paul Sofia, kif ukoll kixef is-serq fil-kontijiet tad-dawl.
Il-Partit Nazzjonalista huwa favur il-ħaddiem li jrid jaħdem, għaldaqstant huwa semma’ lill-bdiewa li kellhom joħorġu jipprotestaw għax ma sabux gvern li jaqbeż għalihom, għalliema li għadhom mingħajr collective agreement kif ukoll irid jaħdem favur il-ġurnalisti.
Huwa jfakkar li l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali waqt li qed jaffaċċja akkużi kriminali, għadu jżomm il-pożizzjoni tiegħu u jgawdi l-paga li għandu. Intant Agius għalaq il-messaġġ tiegħu fejn saħaq li responsabbiltà, ġustizzja, integrità u rispett lejn is-saltna tad-dritt huma l-valuri li jħaddnu l-Partit Nazzjonalista
//= $special ?>