“Il-politika għandha tkun hemm għalik” hekk stqarr is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino waqt attività politika li saret il-Ħadd filgħodu f’ San Ġwann
Illum ngħixu realta fejn il-Gvern Laburista huwa mifxul u qed jipprova jsolvi problemi li ħoloq hu stess. Għalkemm għandna diversi kriżijiet bħall-għoli tal-ħajja u bżonn ta’ mudell ekonomiku ġdid għal-xogħol ta’ kwalita’ aħjar, qegħdin nitkellmu fuq kif il-poplu Malti qed ibati minħabba s-serq tal-gvern Laburista. Għaliex għandna gvern li dejjem kien hemm biex jisraq u b’riżultat ta’ dan ninsabu fi kriżi kbira. Kriżi li tinsab fl-isptarijiet tagħna.
Huwa saħaq kif il-politika għandha tkun hemm għall-poplu. Il-kompetizzjoni bejn il-partiti għandha tkun waħda biex ittejjeb is-servizz tal-poplu. Pero’ ir-realta ta’ llum il-ġurnata hija dik ta’ grupp ta’ nies li ħatfu l-poter u ninsabu fi kriżi. Għalhekk huwa qal li għalkemm il-Partit Labursita jgħid li huwa jinsab favur Malta, dan mhux minnu għaliex mhux qiegħed hemm biex jara l-interessi tal-poplu Malti.
Huwa semma l-għoli tal-ħajja, il-piżijiet fuq il-konsumatur u l-intrapiżi. Semma’ wkoll il-problemi tat-traffiku. Il-poplu llum spiċċa misruq minn dawk li suppost qed jissalvagwardjaw lil poplu. Il-gvern ta’ Robert Abela huwa gvern li qiegħed hemm għalih innifsu.
Piccinino semma l-ironija tal-islogan tas-saħħa tal-Partit Laburista u dak favur ta’ malta dejjem. Iżda l-ironija hija dik ta’ sptarijiet fi stat diżastruż u pajjiż fi stat diżastruz u ta’ korruzjoni. Favur Malta suppost huwa dak li jaħdem
Favur Malta suppost huwa dak li jaħdem favur l-interess tal-poplu, favur il-bżonnijiet tal-poplu, u dan huwa il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>