Ir-Russja qed takkuża lill-Ukrajna dwar splużjoni li kkaġunat il-qerda parzjali ta’ blokk ta’ appartamenti f’Belgorod, viċin il-fruntiera. Numru ta’ nies mietu u ndarbu wara li sezzjoni sħiħa tal-blokk – twila mal-għaxar sulari – ċediet f’daqqa, fost ir-rapporti dwar il-persuni mirdumin taħt it-tifrik.
Il-belt ta’ Belgorad anki tinsab viċin il-belt Ukrena ta’ Kharkiv li fl-aħħar jiem spiċċat il-mira ta’ offensiva mill-militar tar-Russja.
Sadanittant, ir-reġjun sħiħ ta’ Belgorod kemm-il darba spiċċa attakkat mill-qawwiet Ukreni mindu l-Armati tar-Russja invadew lill-Ukrajna fl-2022.
Madankollu, l-Ukreni ma kkummentaw xejn dwar l-inċident ta’ sigħat ilu – u meta l-uffiċjali fi Kiev ilhom jgħidu li kwalunkwe azzjoni militari fl-inħawi ta’ Belgorod qatt ma tkun diretta għaċ-ċivili Russi.
//= $special ?>