Lokali

Isofri minn ġrieħi gravi wara argument fi stabbiliment tax-xorb f’Ta’ Xbiex

Filippin ta’ 32 sena residenti l-Marsa, weġġa’ gravi wara li kien involut f’argument fi stabbiliment tax-xorb, f’Ta’ Xbiex.

L-argument seħħ kmieni l-Ħadd filgħodu għall-ħabta tas-1:00.

Il-Pulizija ġiet infurmata b’dan il-każ għall-ħabta tat-3:00 mill-awtoritajiet tas-saħħa u ntqal li raġel mill-Filippini kien involut f’argument.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li kien qam argument bejn numru ta’ persuni bil-vittma ġarrab xi ġrieħi allegatament permezz ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.