Nemo rnexxielu jrebbaħ lil pajjiżu it-68 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta ‘The Code’, u fost l-emozzjonijiet li ħass, spiċċa biex bi żball kisser it-trofew.
L-Iżvizzera kienet fost il-favoriti li tirbaħ il-Eurovison ta’ din is-sena. Dan filwaqt li skont il-bookmakers tal-Eurovision, il-Kroazja kellha tirbaħ dan il-festival tant prestiġjuż u fost l-aktar segwit fl-Ewropa.
Fit-tieni post tal-Eurovision ikklassifikat il-Kroazja bil-kanzunetta Rim Tim Tagi Dim b’547 punt, u fit-tielet post ikklassifikat l-Ukrajna bil-kanzunetta Teresa & Mariag, fejn b’kollox ġabet 453 punt.
F’din is-serata Matt Blxck iddeċieda li juża l-lingwa sabiħa Maltija sabiex iħabbar l-għoti tal-punti tal-Maltin.
//= $special ?>