Futbol Sport

Rebħa importanti għal Arsenal f’Old Trafford… Il-Premier League se jkun deċiż fl-aħħar ġurnata

Ritratt: EPA

Rebħa importanti għal Arsenal kontra Manchester United f’Old Trafford bl-iskor ta’ 1-0. B’din ir-rebħa Arsenal reġgħu telgħu fl-ewwel post tal-klassifika b’86 punt biex komplew iżidu l-pressjoni fuq Manchester City. It-tim immexxi minn Pep Guardiola jonqsu żewġ partiti, fejn jekk jirbaħ iż-żewġ partiti, Manchester City ikunu champions tal-Premier League għar-raba’ staġun konsekuttiv. Min-naħa tagħhom għal Arsenal, dan kien staġun memorabbli fejn rebħu 27 partita, l-aktar ammont ta’ partiti mirbuħa fi staġun minn Arsenal fl-era tal-Premier League. Il-gowl uniku tal-partita kien skorjat minn Leandro Trossard fl-20 minuta, fuq pass ta’ Kai Haverts, bil-Belġjan jikkonkludi wara Andre Onana mill-viċin.

PREMIER LEAGUE

Is-Sibt: Fulham v Man City 0-4, B’Mouth v Brentford 1-2, Everton v Sheff Utd. 1-0, Newcastle v Brighton 1-1, Tottenham v Burnley 2-1, West Ham v Luton T. 3-1, Wolves v C’Palace 1-3, Nott. Forest v Chelsea 2-3
Ilum: Man Utd v Arsenal 0-1
Għada: Aston Villa v Liverpool 9.00pm