Bandiera mill-isbaħ tas-sapporters Slimiżi li nħarġet waqt il-partita (Ritratt: Catriel Farrugia)
Neil Camenzuli
FLORIANA…………………….0 (3)
SLIEMA W……………………..0 (4)
Floriana: N.Andrijanic, J.Grech (J.Arias 91’), K.Reid, M.Nogureira (M.Veselji 73’), D.Vella, O.Spiteri, C.Zammit Lonardelli, L.De Garzia, M.Valdzko, G.Yameogo (A.Garzia 109’), L.Furtado (A.Magri Overend 73’)
Sliema Wanderers: R.Al Tumi, J.Borg, J.Minala, V.Plut (D.Kondrakov 70’), S.Gomes (M.Awad 70’), M.Beerman, J.Arthur (N.Frendo 70’), G.Alcino, D.Kouao (J.Engerer 109’), H.Murillo (L.Micallef 84’), G.Acheampong
Imwissija: J.Arthur 45’, S.Gomes 68’, G.Alcino 87’ (S) M.Vakadzko 106’ 108’ (F)
Tkeċċa: M.Valadzko 108’ (F)
Referee: Fyodor Zammit
Assistenti Referees: Duncan Sultana u Mitchell Scerri
Sliema Wanderers saru l-iktar tim li rebħu Trophies fl-istorja meta għelbu lir-rivali eterni Floriana fid-Derby l-Antik wara l-għoti tal-penalties bl-iskor ta’ 4-3. L-iskor wara 90 minuta logħob kien 0-0, bis-Slimiżi jersqu viċin ta’ gowl darbtejn fl-aħħar 5 minuti logħob, meta l-ewwel Lydon Micallef ġie miċħud minn Andrijanic mill-viċin, segwit minn azzjoni oħra Kondrakov, bil-partita tmur għal ħin barrani li wkoll intemmet bla gowls.
Apparti minnhekk, dan l-unur ifisser li Sliema rebħu l-107 unur tagħhom fl-istorja, b’dan in-numru jkun prova tal-istorja kbira li għandu dan il-klabb.
Sliema bdew l-ewwel fl-għoti tal-penalties, hekk kif Geoffrey Acheampong għeleb lil Andrijanic bla ebda diffikultà, hekk kif Mattia Veselji nkariga ruħu mill-ewwel penalty ta’ Floriana u ma sabx ix-xibka.
Mohammed Awad skorja t-tieni penalty għal Sliema, segwit minn penalty skorjat ta’ Arias.
Id-difensur Gustavo Alcino falla t-tielet penalty għal Sliema, u joħloq xaqq ta’ tama’ għall-Furjaniżi.
Madankollu Kemar Reid falla l-penalty li jmiss għall-Furjaniżi, segwit minn gowl ta’ Lydon Micallef għas-Slimiżi.
Carlo Zammit Lonardelli skorja r-raba’ penalty Furjaniż, u Joseph Minala kkonferma r-rebħa Slimiża u ta l-unur tant mistħoqq lit-tim tiegħu.
B’din ir-rebħa s-Slimiżi rebħu 22 finali mill-42 finali li telgħu, bis-Slimiżi jsiru l-iktar tim li qatt rebħu trophies fl-istorja.
Min-naħa l-oħra, dak li kien jidher li se jkun staġun pożittiv għal Floriana u għal Camoranesi, spiċċa bla ebda unur. Wieħed għandu jara x’jista’ jsarraf il-futur għall-Greens fil-ġimgħat li ġejjien.
//= $special ?>