Lokali

Żagħżugħ arrestat b’rabta ma’ argument li seħħ f’lukanda f’San Pawl il-Baħar

Żagħżugħ Tork ta’ 25 sena ġie arrestat mill-Pulizija wara argument li seħħ f’lukanda f’San Pawl il-Baħar.

L-argument seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tad-9:00 f’lukanda fi Triq it-Turisti.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li kien qam argument bejn tliet Torok ta’ 38, 52 u 25 sena li kollha jirrisiedu f’San Pawl il-Baħar. Tnejn minnhom, dak ta’ 38 sena u l-ieħor ta’ 52
sena sofrew xi ġrieħi, allegatament permezz ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.

It-Tork ta’ 25 sena ġie arrestat fil-post u qed jinżamm mill-Pulizija sabiex jassisti fl-investigazzjonijiet.

It-tnejn l-oħra ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, fejn it-Tork ta’ 38 sena ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li l-ieħor ġie ċċertifikat bi ġrieħi ħfief.

Il-Maġistrat Carolina Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ