Ir-responsabbiltajiet ta’ Chris Fearne se jsiru parti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru
Wara li Chris Fearne rriżenja minn Deputat Prim Ministru u Ministru, bosta kienu dawk li staqsew lill-Prim Ministru Robert Abela x’se jkun qiegħed jagħmel u lil min se jkun qiegħed jieħu post Fearne fil-Kabinett.
Madanakollu, Abela insista li d-deċiżjonijiet se jkunu qed jittieħdu wara l-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju.
Dan ifisser li pajjiżna għandu tal-inqas 5 ġimgħat mingħajr Deputat Prim Ministru u issa jidher li Abela mhux lest li jwettaq reshuffle tal-kabinett.
Dan hekk kif il-Gvern ħabbar li r-responsabbiltajiet tal-fondi Ewropej, l-ugwaljanza, ir-riformi u d-djalogu soċjali se jkunu qed isiru parti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Għaldaqstant, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg, ser jibqa’ jkollhom l-istess responsabbiltajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
//= $special ?>