Anzjan ta’ 68 sena residenti ż-Żurrieq weġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza f’Ħ’Attard.
L-inċident seħħ it-Tnejn filgħodu għall-ħabta tal-4:15 fi Triq il-Pitkali.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li l-anzjan intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti l-Gżira
L-anzjan ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>