Fl-unika partita tat-Tnejn, Aston Villa dawru telfa fi draw kontra Liverpool bl-iskor finali ta’ 3-3. Il-Villians qed ikollhom staġun sorprendenti hekk kif mhux biss laħqu s-semifinali tal-Europa Conference League, iżda jinsabu fir-raba’ post b’68 punt, u jinsabu biss pass ‘l bogħod minn kwalifikazzjoni storika għall-UEFA Champions League, hekk kif Tottenham Hotspur jinsabu fil-ħames post b’63 punt u partita inqas.
Aston Villa mpenjati kontra Crystal Palace fl-aħħar partia tal-istaġun, filwaqt li Spurs se jaffrontaw lil Manchester City illum u lil Sheffield United fl-aħħar partita.
Il-partia bejn Man.City u Tottenham mhux biss ħa tkun deċiziva għall-Spurs u f’liem kompetizzjoni se jilagħbu s-sena d-dieħla, iżda rebħa għas-Citizens taf tfisser li jkunu pass ‘l bogħod milli jsirU champions tal-Premier League għal darb’oħra.
Il-Villians marru minn taħt wara biss żewġ minuti mill-auto-gowl tal-goalkeeper Martinez, madankollu skorjaw il-gowl tad-draw għaxar minuti wara permezz tal-midfielder Belġjan Youri Tielemans.
Cody Gakpo fit-23 minuta għamel l-iskor indaqs, bir-Reds jitħlu jistrieħu fil-vantaġġ.
Kollox kien jidher deċiż meta ż-żagħżugħ Jarell Quansah xeħet ġewwa għal Liverpool fit-48 minuta, b’ Aston Villa jersqu viċin li jnaqqsu l-marġini permezz ta’ Ollie Watkins 4 minuti wara, pero l-gowl tħassar wara konsultazzjoni tal-VAR.
Is-sostitut Jhon Duran għamel l-impatt kbir tiegħu hekk kif wara li daħal fil-partia fid-79 minuta, u skorja l-ewwel gowl tiegħu fid-79 minuta biex naqqas l-iskor, biex fit-88 minuta għamel l-iskor 3-3 u kiseb punt kruċjali għat-tim tiegħu fil-mixja lejn l-ewwel erbgħa fil-klassifika.
Is-Sibt
Fulham v Man.City 0-4
Wolves v C.Palace 1-3
West Ham v Luton 3-1
Tottenham v Burnley 2-1
Brighton v Newcastle 1-1
Everton v Sheffield 1-0
Bournemouth v Brentford 1-2
Nottingham v Chelsea 2-3
Il-Ħadd
Man.Utd v Arsenal 0-1
Illum
Aston V. v Liverpool 3-3
Għada
Tottenham v Man.City 9:00pm