Il-Partit Nazzjonalista qed isejjaħ lill-poplu Malti u Għawdxi sabiex illejla fis-6 pm jingħaqad quddiem il-Parlament għal protesta sabiex il-Maltin jerġgħu jingħataw is-saħħa li jixirqilhom.
Dan l-appell qed jagħmlu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fid-dawl tal-aħħar żviluppi li seħħew b’rabta mal-Inkjesta Vitals, fejn fost l-oħrajn ħareġ ċar illi hemm akkużi serji fil-konfront tal-Eks Prim Ministru u Eks Mexxej tal-Labour Joseph Muscat flimkien mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, l-Eks Ministru Edward Scicluna, li kellhom sehem fl-akbar skandlu li qatt ra pajjiżna.
Bernard Grech qal li l-poplu Malti u Għawdxi ma jistax jibqa’ jdawwar wiċċu għal dawn l-iskandli u għalhekk matulha se jtennu l-appell biex din l-Inkjesta tiġi ppubblikata mill-iktar fiss, issa iktar u iktar li nafu sew min qed jiġi mressaq, b’akkużi li huma mill-iktar serji u bla preċedent.
Ara x-xandira diretta hawnhekk.
//= $special ?>