Lokali

ILLEJLA FUQ FACEBOOK: Il-filmat li jispjega pass pass il-kriżi li daħal fiha l-Gvern

Permezz ta’ filmat konċiż, Net News se jkun qed iwassal spjegazzjoni sempliċi tal-iżviluppi kollha li seħħew fl-aħħar ħmistax b’rabta mal-iskandlu Vitals. Dan wara li ġiet konkluża l-Inkjesta li kienet talbet l-għaqda Repubblika.

Il-filmat – li ħa l-forma ta’ mini-dokumentarju – se jkun qed jixxandar fuq Facebook illejla fid-9:30pm. B’hekk kulħadd se jkun jista’ jsegwi mill-kumdità ta’ daru l-produzzjoni li ħejja Net Television, u li fi ftit minuti tagħti ħarsa lejn l-avvenimenti kollha li żviluppaw f’pajjiżna f’dawn il-ġranet.

Fil-jiem li ġejjin, dan il-mini-dokumentarju se jkun qed jixxandar ukoll fuq Net Television.