minn Colin Schembri
Depiro………………………53
Caffè Moak Luxol……38
(8-15)(15-5)(18-14)(12-4)
Depiro ħadu l-ewwel rebħa fil-finali tal-kampjonat Mapfre MSV Life tan-nisa meta għelbu lil Caffè Moak Luxol 53-38. Depiro rebħu l-kampjonat tan-nisa għal 5 darbiet bl-aħħar wieħed però jmur lura għas-sena 2013. Luxol minn naħa tagħhom rebħu l-kampjoant għall- 14 –il darba bl-aħħar suċċess ikun fl-istaġun 2021-2022. Depiro kien mmexxija brillantement minn Sophie Abela li kellha total ta’ 21 punt u 11 –il rebound biex pattiet għall-wirja tal-Amerijana Jose Ann Johnson li għamlet biss punt wieħed fl-aħħar minuta. Luxol kellhom diffikulta fl-attakk kif juri l-iskor bl-Amerikan Tayler Bennett tispiċċa bi 8 punti biss għalkemm kellha wkoll 15 –il rebound flimkien ma’ 10 ta’ Josephine Diaby. Iż-żewġ timjiet kellom il-formazzjoni tipika tagħhom bl-unika bidla tkun fil-formazzjoni ta’ Luxol fejn Michelle Camilleri ħadet post Hayley Galea. Iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin fl-ewwel minuti qabel ma trippla minn Kristy Galea tat vantaġġ lil Depiro 8-6. Dawn iżda kienu l-aħħar punti ta’ Depiro f’din it-taqsima għaliex minn hemm ‘l quddiem sofrew 9 punti mingħajr risposta minn naħa ta’ Luxol. Fil-fatt punti konekuttivi minn Anna u Sarah Fenech Pace flimkien mal-Amerikan Tayler Bennett raw lil Luxol itemmu t-taqsima 15-8 minn fuq. L-andament tal-partita nbidel fit-tieni perjodu hekk kif Luxol irnexxielhom jagħmlu biss 5 punti. Minkejja dan, huma żammew il-vantaġġ sas-seba’ minuta fejn basket ta’ Claire Ciantar għamel l-iskor indaqs 18-18. Qablu kien hemm trippla ta’ Leanne Sciberras għal Depiro u punti kosnekuttivi ta’ Kristy Galea. Sophie Abela poġġiet lil Depiro fuq quddiem fid-disa’ minuta u wara basket minn Josephine Diaby, trippla ta’ Galea għalqet il-perjodu bid-Depiro minn fuq 23-20.
Wara l-intervall Luxol fetħu bil-basket ta’ Shanice Farrugia però r-risposta ta’ Depiro kienet immedjata b’ żewġ trippli minn Abela u Julia Xerri. Hekk kif Depiro komplew ikabbru l-vantaġġ bil-free-throws ta’ Ciantar u Galea, Santino Coppa ħtieġlu jsejjaħ time-out f’nofs is-sessjoni fuq skor ta’ 31-22. Depiro kellom żewġ baskets oħra minn Abela qabel ma Luxol naqqsu d-distakk bi trippla ta’ Shanice Farrugia. Sa’ tmiem is-sessjoni però Depiro kienu għadhom 41-34 minn fuq hekk kif kien hemm trippla fuq kull naħa minn Sciberras u Diaby. Fl-aħħar taqsima kien hemm dominju tad-Depiro li kellhom fost l-oħrajn tlett trippli konsekuttivi minn Borg u Abela biex fetħu vantaġġ ta’ 16 –il punt. It-tamiet ta’ Luxol spiċċaw hekk kif Depiro setgħu jikkontrollaw bid-distakk kbir li kellom. Il-partita ntemmet b’basket fuq kull naħa biex Depiro ħarġu rebbieħa 53-38.
Depiro: S. Abela 21, N. Agius 2, J. Xerri 3, J. Mallia, L. Sciberras 8, N. Agius, C. Ciantar 3, J. Borg 3, J. A. Johnson 1, M. Micallef, K. Galea 12, L. Camilleri.
Caffè Moak Luxol: T. Bennett 8, M. Mercieca, L. Fenech Pace, N. Vella 1, E. Abela, M. Camilleri, S. Fenech Pace 6, J. Diaby 11, V. Baldacchino, S. Sciberras, S. Farrugia 7, A. Fenech Pace 5.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Nicky Azzopardi, Nestor Rincon
//= $special ?>