Lokali

“Konna aħna li ġibna l-isptarijiet lura” – Adrian Delia

“Konna aħna li ġibna l-isptarijiet lura. Il-Gvern għamel snin jiddefendi lill-kumpaniji ħallelin tal-Vitals u Steward”.

Hekk stqarr id-deputat Adrian Delia meta indirizza l-folla miġbura għall-protesta li saret illejla quddiem il-Parlament.

Adrian Delia spjega kif il-ftehim tal-isptarijiet kien ilu miftihem minn qabel l-elezzjoni tal-2013. Fi kliem il-Qorti stess, kien miftiehem mill-ogħla esponenti tal-Gvern.

“Dan kien negozju maħmuġ”, stqarr Adrian Delia.

Fil-messaġġ tiegħu, hu fakkar kif Edward Scicluna kien qal li “ma jaf b’xejn.”

“Fejn hu Edward Scicluna?”, staqsa Delia. “Ejja quddiem il-poplu, agħti risposti, u itlaq mill-Bank Ċentrali.”

Is-serqa saret u dan ġie kkonfermat mill-Qorti, kompla jgħid Adrian Delia, hekk kif tenna li Joseph Muscat kien kompliċi fl-ikbar serqa li qatt ġrat.

Delia temm jgħid li jekk il-poplu jrid is-saħħa lil Maltin, dan għandu jivvota lill-Partiti Nazzjonalista, hekk kif il-Gvern qed ikompli jnaqqar mid-demokrazija ta’ pajjiżna. Għalhekk din hija waħda mill-aktar elezzjonijiet importanti li fiha għandna nvivotaw għad-demokrazija u n-normalitá. Hija wkoll elezzjoni li fiha l-poplu għandu jagħti messaġġ li jemmen fis-sewwa.