Lokali

L-MUT tiddikjara nuqqas ta’ fiduċja f’entità tal-Gvern wara li naqsu milli jaslu għal qbil

L-MUT ħabbret li qed turi nuqqas ta’ fiduċja fl-entità tal-Gvern, l-Industrial Relations Unit wara li naqsu milli jaslu għal qbil fil-ħin għall-ġid tal-membri tagħha.

Fl-aħħar xhur, l-MUT kienet qed taħdem biex tipprova ġġib fi tmiemhom id-diskussjonijiet bi qbil miż-żewġ partijiet iżda għal darb’oħra, l-MUT ikkonfermat li kollox sfaxxa fix-xejn wara tmiem il-ġimgħa l-oħra.

Daqs ħames xhur ilu, l-MUT kienet sejħet strajk fis-27 ta’ Novembru, fost azzjonijiet industrijali oħra, fejn għalih kienu wieġbu mas-97% tal-edukaturi tant li ma sarux lezzjonijiet għat-tfal fl-iskejjel tal-Gvern u tal-Knisja. Il-Gvern għadu s’issa jsabbat saqajh mal-għalliema.